Direttur “Il-Lvant Nofsani, l-Asja u l-Paċifiku” - General Management jobs in Malta - April 2024
By using this site, you consent to the use of cookies to improve your user experience through analytics and personalised marketing efforts.

Direttur “Il-Lvant Nofsani, l-Asja u l-Paċifiku”

Il-Kummissjoni Ewropea , Any

Published on 22 Mar 2021

Expired on 23 Apr 2021


Titlu tax-xogħol: Direttur “Il-Lvant Nofsani, l-Asja u l-Paċifiku”
Il-Kummissjoni Ewropea - Direttorat Ġenerali għas-Sħubijiet Internazzjonali
Brussell (il-Belġju)
(grad AD14)
COM/2021/10402

Rwol:
Il-missjoni tad-Direttorat Ġenerali għas-Sħubijiet Internazzjonali (DG INTPA) hija li jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli, għall-qerda tal-faqar, għas- sliem u għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, permezz ta’ sħubijiet internazzjonali li jirrispettaw u jippromwovu l-valuri u l-interessi Ewropej. DĠ INTPA jipproponi pożizzjoni ta’ Direttur li se jagħti viżjoni u gwida fl- amministrazzjoni tal-attivitajiet tad-Direttorat responsabbli mill-Lvant Nofsani, mill-Asja u mir-reġjun tal-Paċifiku, inkluż it-tmexxija tal-persunal u s- sorveljanza tar-riżorsi tiegħu.

Ir-responsabbiltajiet tiegħek:
  • It-tmexxija tal-ippjanar, il-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ programmi fil-Lvant Nofsani, fl-Asja u fir-reġjun tal-Paċifiku;
  • L-iżgurar tal-koordinazzjoni ma’ servizzi oħra tal-Kummissjoni, kif ukoll ir-rappreżentanza u n-negozjati ma’ partijiet ikkonċernati esterni;
  • L-ippjanar u l-amministrazzjoni tad-Direttorat.

Il-ħiliet tiegħek:
  • Rekord qawwi fl-amministrazzjoni u kapaċità mixhuda ta’ tmexxija, motivazzjoni u żvilupp ta’ timijiet ta’ persunal bi kwalifiki għoljin;
  • Ġudizzju politiku sod u fehim tal-kuntest ġeopolitiku tar-reġjun ġeografiku kopert mid-Direttorat;
  • Ħiliet mixhuda ta’ rappreżentanza, komunikazzjoni u negozjar, kemm fil-livell interistituzzjonali kif ukoll f’dak internazzjonali.

*Il-Kummissjoni tapplika politika ta’ opportunitajiet indaqs li tinkoraġġixxi applikazzjonijiet li jistgħu jikkontribwixxu għal aktar diversità, ugwaljanza bejn is-sessi u bilanċ ġeografiku ġenerali.

*Ikkonsulta l-Ġurnal Uffiċjali C 93 A tad-19/03/2021 għall-avviż ta’ post battal dettaljat kif ukoll l-eliġibbiltà u l-kriterji tal-għażla.

*Id-data tal-għeluq għar-reġistrazzjoni hija t-23/04/2021, f’nofsinhar (12) ħin ta’ Brussell.


time
Full Time
Job Type
experience
Director
Experience Level
category
General Management
Category
industry
Public Sector
Industry


Food and Beverage Manager


Head of Risk (m/f/d)

Send me Similar Jobs