JYSK hija ditta globali li tbigħ varjetà komprensiva ta' oġġetti tad-dar. Id-ditta topera f'aktar minn 2,448 ħanut fi 48 pajjiż, u tispeċjalizza fl-artikoli kollha li huma relatati mal-kmamar tas-sodda, tal-banju, uffiċċji, salott, u ‘patios’.
Imwaqqfa fl-1979 fid-Danimarka, JYSK kellha suċċess kbir u rnexxielha żżomm rata ta' tkabbir eċċezzjonali. Dan is-suċċess għadu jinkiseb sal-ġurnata tal-lum permezz tal-applikazzjoni konsistenti tal-erba' valuri ewlenin tagħha, u ċioè offerti eċċellenti, kwalità affidabbli, xiri faċli, u servizz kompetenti.
Bi ħwienet li jinsabu għall-konvenjenza tal-klijenti kemm f'Ħal Lija kif ukoll f'Ħal Qormi, it-tim tagħna tal-JYSK qed jikber u qed infittxu Sales Assistants għal pożizzjonijiet part-time kif ukoll full-time.
Il-kandidati magħżula ikunu responsabbli għal:
Interessat/a?
Din il-pożizzjoni hija perfetta għalik jekk inti persuna...
L-applikanti interessati għall-post vakanti huma ġentilment mitluba jissottomettu il-CV tagħhom.