Direttur “Dekummissjonar Nukleari u Ġestjoni tal-Iskart - General Management jobs in Malta - March 2024
By using this site, you consent to the use of cookies to improve your user experience through analytics and personalised marketing efforts.

Direttur “Dekummissjonar Nukleari u Ġestjoni tal-Iskart

Il-Kummissjoni Ewropea , Any

Published on 01 Mar 2021

Expired on 26 Mar 2021


Titlu tax-xogħol: Direttur “Dekummissjonar Nukleari u Ġestjoni tal-Iskart”
Ispra (l-Italja)
(Uffiċjal Permanenti — Grad AD14)
COM/2021/10400

Rwol:
Id-Direttur se jmexxi d-Direttorat il-ġdid inkarigat mill-implimentazzjoni tal- programm ta’ Dekummissjonar u Ġestjoni tal-Iskart Nukleari taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea. Id-Direttur se jkun ibbażat f’Ispra (l-Italja) u se jaħdem f’kooperazzjoni mill-qrib mat-tliet siti nukleari l-oħra tal-JRC: Geel (il-Belġju), Petten (in-Netherlands) u Karlsruhe (il-Ġermanja). L-għan tal-programm huwa li jew jittrasforma l-erba’ siti nukleari għal finijiet mhux nukleari jew li jesplora t-trasferiment tar-responsabbiltajiet meħtieġa ta’ dekummissjonar, ta’ fjuwil użat u ta’ ġestjoni ta’ skart radjuattiv lill-Istati Membri ospitanti f’każ ta’ ftehim reċiproku.

Ir-responsabbiltajiet tiegħek:

  • Il-ġestjoni tar-riżorsi biex jinkisbu l-objettivi tad-Direttorat b’mod effiċjenti, effettiv u ekonomiku;
  • L-iżgurar tal-konformità mal-obbligi legali rilevanti, is-sikurezza applikabbli u l-istandards ta’ liċenzjar tal-pajjiżi ospitanti;
  • It-twettiq ta’ evalwazzjoni u rappurtar effettivi tal-attivitajiet.

Il-ħiliet tiegħek:
  • Esperjenza professjonali fil-ġestjoni teknika u tal-proġetti ta’ livell għoli, għas-sorveljanza kemm tal-ispeċjalisti interni kif ukoll tal- fornituri esterni tas-servizzi;
  • Għarfien u esperjenza fil-fond tas-sikurezza u s-sigurtà nukleari fil- kuntest tal-attivitajiet ta’ dekummissjonar nukleari industrijali;
  • Ħiliet eċċellenti ta’ komunikazzjoni u negozjar.
*Il-Kummissjoni tapplika politika ta’ opportunitajiet indaqs li tinkoraġġixxi applikazzjonijiet li jistgħu jikkontribwixxu għal aktar diversità, ugwaljanza bejn is-sessi u bilanċ ġeografiku ġenerali. Ikkonsulta l-Ġurnal Uffiċjali C 66 A tas-26/02/2021 għall-avviż ta’ post battal dettaljat kif ukoll l-eliġibbiltà u l-kriterji tal-għażla.

EU Commission:
Il-ġlieda kontra l-frodi u attivitajiet illegali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea hija ċentrali għall-kredibilità tal-proġett Ewropew. Il-missjoni tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) tinqasam fi tlieta: huwa jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea (UE) billi jinvestiga l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra; jikxef u jinvestiga kwistjonijiet serji marbutin mal-qadi ta’ dmirijiet professjonali mill-membri u mill-persunal tal-istituzzjonijiet u tal-korpi tal-UE li jistgħu jwasslu għal proċedimenti dixxiplinari jew kriminali; u jappoġġa l-istituzzjonijiet tal-UE, b’mod partikolari l-Kummissjoni Ewropea, fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni u politiki kontra l-frodi. L-OLAF huwa Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea, iżda għandu indipendenza statutorja fit-twettiq tal-investigazzjonijiet. L-implimentazzjoni tal-funzjoni investigattiva tiegħu hija mmonitorjata minn Kumitat Superviżorju magħmul minn ħames persuni indipendenti esterni għall-Kummissjoni Ewropea. Id-Direttorati Operazzjonali fi ħdan l-OLAF huma responsabbli għall-investigazzjonijiet, appoġġati miċ-Ċentru tal-Għarfien u Direttorat għall-Affarijiet Ġenerali, li jimmaniġġja l-amministrazzjoni tal-OLAF.

time
Full Time
Job Type
experience
Director
Experience Level
category
General Management
Category
industry
Public Sector
Industry

Loss Prevention Team Leader


Operations Manager


Residence Manager (Summer Camps 2024)


Front Office Supervisor

Send me Similar Jobs