Konsulent Prinċipali għar-Relazzjonijiet Internazzjonali - Funds jobs in Malta - April 2024
By using this site, you consent to the use of cookies to improve your user experience through analytics and personalised marketing efforts.

Konsulent Prinċipali għar-Relazzjonijiet Internazzjonali

Il-Kummissjoni Ewropea , Central Malta

Published on 17 Mar 2021

Expired on 16 Apr 2021


Konsulent Prinċipali għar-Relazzjonijiet Internazzjonali
Il-Kummissjoni Ewropea – Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana
Brussell (il-Belġju)
(Grad AD14)
COM/2021/10401

Rwol:
Il-missjoni tad-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana (DĠ REGIO) hija li dan jikkontribwixxi għall-bini ta’ Unjoni Ewropea fejn in-nies fir- reġjuni u l-bliet kollha tagħna jistgħu jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom. Id-DĠ REGIO jamministra l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni. Id-DĠ REGIO jipproponi pożizzjoni ta’ Konsulent Prinċipali għar- Relazzjonijiet Internazzjonali li jiddefinixxi u jikkoordina l-istrateġija internazzjonali tad-Direttorat Ġenerali.

Ir-responsabbiltajiet tiegħek:

  • Li tiddefinixxi l-istrateġija internazzjonali u tiżgura l-implimentazzjoni tal-miżuri rilevanti;
  •  Li tirrappreżenta lid-Direttorat Ġenerali fid-djalogi ta’ politika fuq kwistjonijiet reġjonali u urbani ma’ pajjiżi terzi;
  • Li tiżgura l-koordinazzjoni mas-servizzi assoċjati.

Il-ħiliet tiegħek:
  • Ħiliet analitiċi u kunċettwali b’saħħithom, ġudizzju politiku b’saħħtu u l-abbiltà li tiġġenera u timplimenta ideat ġodda;
  • Komprensjoni tajba tar-relazzjonijiet internazzjonali fil-kuntest tal- politika ta’ koeżjoni tal-UE;
  • Ħiliet b’saħħithom ta’ negozjar, komunikazzjoni u preżentazzjoni.

*Il-Kummissjoni tapplika politika ta’ opportunitajiet indaqs li tinkoraġġixxi applikazzjonijiet li jistgħu jikkontribwixxu għal aktar diversità, ugwaljanza bejn is-sessi u bilanċ ġeografiku ġenerali.

*Ikkonsulta l-Ġurnal Uffiċjali C 9O A tas-17.3.2021 għall-avviż dettaljat ta’ post vakanti kif ukoll l-eliġibbiltà u l-kriterji tal-għażla.

*Id-data tal-għeluq għar-reġistrazzjoni hija l-21.4.2021, f’nofsinhar (12) ħin ta’ Brussell.

Il-Kummissjoni Ewropea:
Learn about the European Commission's role in instigating and implementing the EU's policies. The Commission's work is steered by a College of Commissioners, and led by its President. The Commissioners work on specific policy priorities that are set out by the Commission President.

time
Full Time
Job Type
experience
Experienced (3 years +)
Experience Level
category
Funds
Category
industry
Public Sector
Industry


Analyst (Asset Management)

Send me Similar Jobs