Konsulent Prinċipali - Funds jobs in Malta - March 2024
By using this site, you consent to the use of cookies to improve your user experience through analytics and personalised marketing efforts.

Konsulent Prinċipali

Il-Kummissjoni Ewropea , Any

Published on 30 Apr 2021

Expired on 29 May 2021


Konsulent Prinċipali
Brussell (il-Belġju)
(Grad AD14)
COM/2021/10403

Rwol:
Id-Direttorat Ġenerali għall-Baġit (DĠ BUDG) huwa s-servizz ċentrali tal- Kummissjoni responsabbli għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE tul iċ-ċikli annwali u pluriennali, u jiżgura li l-baġit jiġi eżegwit b’mod effettiv f’konformità sħiħa mar-Regolament Finanzjarju. Il-Konsulent Prinċipali għandu jservi bħala l-punt fokali għall-għoti ta’ pariri strateġiċi dwar l-implimentazzjoni u l-evoluzzjoni possibbli tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata tal-UE, li tintuża biex tiffinanzja n-nefqa taħt “Next Generation EU”.

Ir-responsabbiltajiet tiegħek:

  • Li tipprovdi u timplimenta strateġija ta’ finanzjament diversifikata u ppuljata;
  • Li sservi bħala punt fokali, tissorvelja t-tfassil u l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ finanzjament fir-rigward tal-kwistjonijiet ewlenin kollha;
  • Li tinvolvi ruħek fis-sensibilizzazzjoni tal-investituri u fl-iżvilupp ta’ “road shows”.

Il-ħiliet tiegħek:
  • Kapaċità ppruvata ta’ ħidma fi rwol konsultattiv għoli fir-rigward tal- operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-SSA (sovrani, supranazzjonali u aġenziji); Esperjenza soda fis-servizzi bankarji pubbliċi, b’enfasi partikolari fuq is-swieq internazzjonali tad-dejn, preferibbilment fi ħdan organizzazzjonijiet internazzjonali;
  • Ħiliet eċċellenti ta’ networking u ta’ taħdit mal-pubbliku u ħiliet interpersonali eċċellenti.

*Il-Kummissjoni tapplika politika ta’ opportunitajiet indaqs li tinkoraġġixxi applikazzjonijiet li jistgħu jikkontribwixxu għal aktar diversità, ugwaljanza bejn il-ġeneri u bilanċ ġeografiku ġenerali.

*Ikkonsulta l-Ġurnal Uffiċjali C 149 A  tat-27/04/2021 għall-avviż dettaljat ta’ post vakanti kif ukoll il-kriterji tal-eliġibbiltà u tal-għażla.
*Id-data tal-għeluq għar-reġistrazzjoni hija t-02/06/2021, f’nofsinhar (12.00) ħin ta’ Brussell.

EU Commission:
Il-ġlieda kontra l-frodi u attivitajiet illegali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea hija ċentrali għall-kredibilità tal-proġett Ewropew. Il-missjoni tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) tinqasam fi tlieta: huwa jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea (UE) billi jinvestiga l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra; jikxef u jinvestiga kwistjonijiet serji marbutin mal-qadi ta’ dmirijiet professjonali mill-membri u mill-persunal tal-istituzzjonijiet u tal-korpi tal-UE li jistgħu jwasslu għal proċedimenti dixxiplinari jew kriminali; u jappoġġa l-istituzzjonijiet tal-UE, b’mod partikolari l-Kummissjoni Ewropea, fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni u politiki kontra l-frodi. L-OLAF huwa Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea, iżda għandu indipendenza statutorja fit-twettiq tal-investigazzjonijiet. L-implimentazzjoni tal-funzjoni investigattiva tiegħu hija mmonitorjata minn Kumitat Superviżorju magħmul minn ħames persuni indipendenti esterni għall-Kummissjoni Ewropea. Id-Direttorati Operazzjonali fi ħdan l-OLAF huma responsabbli għall-investigazzjonijiet, appoġġati miċ-Ċentru tal-Għarfien u Direttorat għall-Affarijiet Ġenerali, li jimmaniġġja l-amministrazzjoni tal-OLAF.

time
Full Time
Job Type
experience
Experienced (3 years +), Middle Management, Senior Management
Experience Level
category
Funds
Category
industry
Public Sector
Industry

Send me Similar Jobs