Direttur (Nefqa - Operazzjonijiet u Investigazzjonijiet) - Compliance jobs in Malta - April 2024
By using this site, you consent to the use of cookies to improve your user experience through analytics and personalised marketing efforts.

Direttur (Nefqa - Operazzjonijiet u Investigazzjonijiet)

Il-Kummissjoni Ewropea , Any

Published on 23 Feb 2021

Expired on 22 Mar 2021


Job vacancy: Direttur (Nefqa - Operazzjonijiet u Investigazzjonijiet) 
Subintestatura: Il-Kummissjoni Ewropea - L-Uffiċċju Ewropew
Kontra l-Frodi
Brussell (il-Belġju)
(Uffiċjal Permanenti – Grad AD14)
COM/2021/10399

L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) huwa Direttorat Ġenerali tal- Kummissjoni Ewropea, iżda għandu indipendenza statutorja fit-twettiq tal- investigazzjonijiet. Id-Direttorat “Nefqa - Operazzjonijiet u Investigazzjonijiet” tal-OLAF jipproteġi l-interessi finanzjarji u r-reputazzjoni tal-UE billi jwettaq investigazzjonijiet u operazzjonijiet amministrattivi dwar frodi, korruzzjoni u irregolaritajiet serji oħra kontra l-interessi finanzjarji tal-UE.

Ir-responsabbiltajiet tiegħek:
  • Is-sorveljanza tat-twettiq ta’ investigazzjonijiet li jwasslu għall- adozzjoni ta’ rapporti finali u rakkomandazzjonijiet possibbli;
  • It-tfassil u l-implimentazzjoni tal-istrateġija investigattiva fil-ġlieda kontra l-frodi, l-attivitajiet illegali u l-korruzzjoni;
  • L-iżgurar ta’ ppjanar, implimentazzjoni u ġestjoni effettivi tar-riżorsi umani u finanzjarji tad-Direttorat.

Il-ħiliet tiegħek:
  • Ħiliet ta’ tmexxija ppruvati u kapaċità li tidderieġi u timmotiva lill- investigaturi u l-professjonisti amministrattivi esperjenzati minn varjetà wiesgħa ta’ sfondi professjonali u nazzjonali;
  • Esperjenza professjonali estensiva f’livell għoli fit-twettiq tal- investigazzjonijiet;
  • Ħila ppruvata li tistabbilixxi kuntatti u tikkoordina b’mod effettiv fi ħdan l-organizzazzjoni, ma’ Istituzzjonijiet u sħab oħra tal-UE fl- Istati Membri, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali.

*Il-Kummissjoni tapplika politika ta’ opportunitajiet indaqs li tinkoraġġixxi applikazzjonijiet li jistgħu jikkontribwixxu għal aktar diversità, ugwaljanza bejn il-ġeneri u bilanċ ġeografiku ġenerali. Jekk jogħġbok ikkonsulta l-Ġurnal Uffiċjali C 61 A tat-22/02/2021 għall-avviż ta’ post battal dettaljat kif ukoll għall-kriterji ta’ eliġibbiltà u ta’ għażla.

EU Commission:
Il-ġlieda kontra l-frodi u attivitajiet illegali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea hija ċentrali għall-kredibilità tal-proġett Ewropew. Il-missjoni tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) tinqasam fi tlieta: huwa jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea (UE) billi jinvestiga l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra; jikxef u jinvestiga kwistjonijiet serji marbutin mal-qadi ta’ dmirijiet professjonali mill-membri u mill-persunal tal-istituzzjonijiet u tal-korpi tal-UE li jistgħu jwasslu għal proċedimenti dixxiplinari jew kriminali; u jappoġġa l-istituzzjonijiet tal-UE, b’mod partikolari l-Kummissjoni Ewropea, fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni u politiki kontra l-frodi. L-OLAF huwa Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea, iżda għandu indipendenza statutorja fit-twettiq tal-investigazzjonijiet. L-implimentazzjoni tal-funzjoni investigattiva tiegħu hija mmonitorjata minn Kumitat Superviżorju magħmul minn ħames persuni indipendenti esterni għall-Kummissjoni Ewropea. Id-Direttorati Operazzjonali fi ħdan l-OLAF huma responsabbli għall-investigazzjonijiet, appoġġati miċ-Ċentru tal-Għarfien u Direttorat għall-Affarijiet Ġenerali, li jimmaniġġja l-amministrazzjoni tal-OLAF.

time
Full Time
Job Type
experience
Director
Experience Level
category
Compliance
Category
industry
Public Sector
Industry

SAR Control Officer


Compliance/Risk officer

Send me Similar Jobs