Find Jobs

(job titles, keywords, category)
Add Location
Inizjamed
Employer

Administrator

Posted date | 05/01/2017 Closing date | 04/02/2017
Part Time Experienced 5000.00
Accounts Administration
Admin
Office support
Għas-sena d-dieħla (2017) Inizjamed qed tfittex amministratur/amministratriċi kulturali fuq bażi part-time.

L-applikanti ideali jkollhom:
  • Livell ta’ Masters fl-Arti jew Masters fi kwalunkwe qasam ieħor
  • Għarfien ta’ kif jaħdmu l-għaqdiet volontarji u l-obbligi istituzzjonali tagħhom
  • Esperjenza ta' ħidma ta' sentejn jew aktar f’għaqda volontarja
 
Il-persuna ideali tkun kapaċi:
  • tikkomunika tajjeb fi ħdan grupp u 'l barra minnu, fost l-oħrajn fil-mezzi tax-xandir
  • torganizza attivitajiet żgħar u kbar
  • tmexxi fejn ikun hemm bżonn
  • tikteb proposti ta' proġetti u timla applikazzjonijiet għall-fondi
  • tamminstra l-fondi
  • tieħu l-inizjattiva
  • taħdem tajjeb ma' ħaddieħor
  • tħaddem tajjeb ħafna l-Malti u l-Ingliż u idealment lingwa oħra
 
L-amministratur/amministratriċi kulturali trid tieħu ħsieb l-amministrazzjoni tal-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta.

Għaldaqstant, ir-responsabbiltajiet tal-persuna magħżula jinkludu;
  • Kuntatti mal-awturi Maltin u barranin
  • Tfassil ta’ programm għall-ġimgħa tal-FMLM, li jinkludi l-laboratorju residenzjali tat-traduzzjoni letterarja, l-attivitajiet ta' qabel il-Festival, il-lejliet tal-Festival innifsu
  • Attivitajiet fil-komunità fil-ġimgħat ta' qabel il-Festival
  • Xogħol estensiv ta' loġistika marbut ma' dawn l-attivitajiet u mal-mawra f'Malta ta' għadd ta' mistiedna barranin, fosthom kittieba u organizzaturi ta' festivals internazzjonali
  • Laqgħat ma’ diversi entitajiet, lokali u internazzjonali, u mal-awturi nfushom
 
 
Kundizzjonijiet ġenerali:
  • Medja annwali ta' madwar 8 sigħat fil-ġimgħa
  • Ix-xogħol jista’ jsir mid-dar jew minn spazju li tipprovdi Inizjamed
  • Il-kuntratt huwa għal sena u jista’ jiġi estiż kull sena sal-2019
 
Il-Bord tal-għażla maħtur minn Inizjamed jirriżerva d-dritt tal-għażla. Dettalji oħra, bħall-ħlas, ikunu diskussi mal-persuna magħżula.

Kindly submit your application to us by using the 'Apply Now' button.
An immediate start is available to the right candidate.


About us:
Inizjamed is a voluntary non-governmental cultural organization founded in 1998 in Malta that is committed towards the regeneration of culture and artistic expression in the Maltese Islands and actively promotes a greater awareness of the cultures of the Mediterranean. Inizjamed is a secular, non-partisan organization that acknowledges that every generation must seek to
create its own language and both respond to realities of its day and look beyond them.

 
Share

Administrative Jobs & Clerical Jobs in Malta are related to providing clerical and administrative support to businesses. Jobs in administration and clerical roles include customer support, admin, clerk, secretary, front office, office support, accounts administration and personal assistant roles. Discover more administrative jobs in Malta.